Auberge de Bavière Photo Government Property Division - Ministry of Finance, the Economy & Investment, Malta

Freephone 1577 

Spacer Spacer

 

KONTRA L-ABBUŻ MINN ART PUBBLIKA/TAL-GVERN

Merħba fis-sit uffiċjali tal-Kampanja Freephone 1577 kontra l-abbuż minn art pubblika/tal-Gvern.

Click here for English version


X’inhuwa il-Freephone 1577?
X’nagħmel biex nirraporta abbuż?
X’tip ta’ abbużi nista’ nirraporta?
Agħmel dmirek bħala ċittadin
Mistoqsijiet u risposti
Line

X’inhuwa il-Freephone 1577?

Il-Freephone 1577 huwa parti mill-kampanja tas-Segretarjat Parlamentari għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet, flimkien mat-Taqsima Proprjetà tal-Gvern, sabiex ikun imrażżan l-abbuż sfaċċat minn proprjetà pubblika/tal-Gvern.

Il-Freephone 1577 huwa servizz li jagħtik d-dritt u l-opportunità sabiex, bħala ċittadin, bla spejjeż u jekk trid anke b’mod anonimu, iċċempel u tirrapporta każi ta’ abbuż minn proprjetà pubblika/tal-Gvern. 

Dan is-servizz huwa miftuħ 24 siegħa kuljum, is-Sibt u l-Ħadd inklużi, u huwa bla ħlas.

Permezz tal-Freephone 1577, inti tista’ tagħti kontribut siewi sabiex l-abbużi minn proprjetà pubblika/tal-Gvern ikunu kkontrollati u dan b’benefiċċju dirett għal poplu Malti.

Hekk per eżempju, permezz tar-rapport tiegħek, it-Taqsima Proprjetà tal-Gvern tkun tista’ tieħu l-passi neċessarji sabiex spazji ta’ art li jkunu intenzjonati għall-użu mill-pubbliku jibqgħu għall-użu u benefiċċju tal-pubbliku.  Fil-każ ta’ abbuż minn proprjeta’ oħra tal-Gvern (bħal per eżempju li xi ħadd jikri bla permess lil terzi proprjetà mikrija lilu/ha mill-Gvern), it-Taqsima, wara li tagħmel l-investigazzjoni u l-verifika neċessarja, tkun tista’ tinforza l-liġi sabiex ħadd ma jagħmel użu jew profitt illegali minn proprjetà tal-Gvern.

Mur ‘l fuq

Line

X’nagħmel biex nirraporta abbuż?

Sabiex tirraporta abbuż huwa sempliċi ħafna.  Kull ma trid tagħmel huwa li ċċempel, mingħajr ħlas, fuq in-numru 1577 u tgħaddi d-dettalji relevanti lil operaturi tagħna.

Jekk trid tista’ wkoll tibgħatilna email fuq customercare.gpd@gov.mt.

Tajjeb tkun taf li, iktar kemm tagħti dettalji ċari dwar il- proprjetà li qed tirraporta, iktar ikun faċli għalina li nidentifikaw fejn hemm l-abbuż u dan jgħinna biex inħaffu kull proċess ta’ infurzar li jista’ jkun meħtieġ.  Ta’ dan nirringrazjawk.

Mur ‘l fuq

Line

X’tip ta’ abbużi nista’ nirraporta?

Hemm diversi tipi ta’ abbuż li inti tista’ tirraporta, fosthom:

·               Użu ta’ bankini sabiex jitqiegħdu affarijiet, bħal imwejjed u siġġijiet, b’mod li ma jitħalliex spazju adekwat għal passaġġ tal-pubbliku, li normalment għandu jkun wiesgħa mhux inqas minn metru u nofs;

·               Li wieħed iwaħħal strutturi permanenti fuq bankina, bħal xi tinda jew ilqugħ ieħor;

·               Użu tar-ramel f’bajja sabiex jitpoġġew umbrelel jew ‘deckchairs’ sa xifer il-baħar;

·               Li xi ħadd li jkollu ħanut mikri lilu mingħand il-Gvern, jgħaddih lil ħaddieħor b’kera ogħla għad-dannu tal-Gvern;

·               Li wieħed, b’xi mod jew ieħor, jokkupa art tal-Gvern mingħajr il-permess tat-Taqsima Proprjetà tal-Gvern, bħal per eżempju meta wieħed jaqbad u jisgossa kamra tal-Gvern u jokkupaha;

·               Li wieħed ikompli jokkupa art tal-Gvern għall-perjodu li jkun itwal minn dak permess;

·               Li wieħed jagħmel użu ta’ proprjetà li jkun differenti minn dak li tkun inkrietlu għalih mill-Gvern – per eżempju garaxx ta’ karozza jintuża bħala garaxx ta’ mekkanik;

·               Li xi ħadd jimblokka triq pubblika b’mod li ma jħallix aċċess liberu minnha għal-pubbliku in ġenerali.

Mur ‘l fuq

Line

Agħmel użu mid-dritt tiegħek bħala ċittadin – Ċemplilna fuq il-Freephone 1577

Jekk taf b’xi abbuż minn proprjetà tal-Gvern ċemplilna u aħna nieħdu passi.  L-użu xieraq u f’waqtu tal-Freephone 1577, jista’ verament jgħinna sabiex nikkontrollaw l-abbużi.  Min-naħa l-oħra użu mhux f’loku itellef u jxekkel bil-kbir ix-xogħol tagħna.

Aħna konvinti li inti, bħala ċittadin, lest li tgħinna fil-kampanja tagħna sabiex inroddu lill-poplu dak li huwa tiegħu.  GRAZZI HAFNA. Line

Ikklikkja hawn għal aktar Mistoqsijiet u Risposti (FAQs)

Mur ‘l fuq

 

Click here to pay rent
on-line

GPD Tenders

GPD Tenders
FAQS
Search
spacer
 
GPD

Government Property Division
Auberge de Bavière, Valletta, Malta VLT 2000

Coat of Arms spacer